Alex Agius Saliba
Member of the European Parliament · S&D · MT
“Sinjura President, nibda billi, l-ewwel nett, nifraħ lill-Ombudsman il-ġdida Teresa Anjinho, nawguralha kull suċċess fil-mandat tagħha. L-impenn tagħha lejn amministrazzjoni ffukata li tagħti aktar trasparenza u rendikont liċ-ċittadini Ewropej hija xi ħaġa vitali.”
“Sam Mario Draghi wspominał, że energia elektryczna i inne źródła energii w Europie są droższe mniej więcej o 2–3 razy w stosunku do Chin czy Stanów Zjednoczonych.”
“Però, jiena, meta nara din in-naħa tal-kamra tattakka, illum, b'mod daqstant feroċi l-Green Deal meta lbieraħ kienu qegħdin jibku mal-Kummissjoni Ewropea, kif għamilna aħna wkoll, sabiex tingħata għajnuna wara l-kriżi klimatika illi wasslet għal devastazzjoni f'ħames Stati Membri fl-aħħar ġimgħat, hemmhekk turi l-ipokrisija tal-Lemin, u t…”
“Din hija diskriminazzjoni vera u proprja, illi hemm bżonn illi tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli permezz ta' aktar flessibilità fl-eleġibilità għaliex il-Maltin u l-Għawdxin suppost huma ċittadini Ewropej daqs kull Taljan, daqs kull Portugiż u daqs kull Spanjol.”
“Sinjura President, wieħed mill-aktar setturi li jkollna konsumaturi illi jitkellmu magħna dwaru minħabba problemi li jkunu qegħdin jaffaċċjaw, jibqa' dejjem dak is-settur tat-telekomunikazzjoni.”
“U allura huwa importanti li nkunu konsistenti: Konsistenti billi ninfurzaw il-leġiżlazzjoni tagħna; konsistenti fil-politika diplomatika tagħna; konsistenti billi nittrattaw kriżijiet fundamentali madwarna, bħall-kriżi f'Gaża, bħall-ġenoċidju f'Gaża; bl-istess mod kif nittrattaw numru ta' kriżijiet oħra madwarna: il-gwerra ta' aggressjoni…”
The complete record
Every one of 39 lines we hold for Alex Agius Saliba, in date order, each linked to its source. Free to read, in full, without an account.
“Sinjura President, nibda billi, l-ewwel nett, nifraħ lill-Ombudsman il-ġdida Teresa Anjinho, nawguralha kull suċċess fil-mandat tagħha. L-impenn tagħha lejn amministrazzjoni ffukata li tagħti aktar trasparenza u rendikont liċ-ċittadini Ewropej hija xi ħaġa vitali. L-Ewropej jistennew minna, mill-istituzzjonijiet Ewropej, aktar etika, aktar trasparenza u amministrazzjoni aqwa. Il-grupp politiku tagħna kkontribwixxa b'mod kostruttiv għat-tfassil ta' dan ir-rapport b'saħħtu u bilanċjat, iċċentrat fuq l-obbligu tar-rendikont, it-trasparenza, id-drittijiet taċ-ċittadini. Ir-rapport jindirizza kwistjonijiet ewlenin, inkluż l-aċċess għad-dokumentazzjoni, trasparenza fl-amministrazzjoni, il-kunflitti ta' interess, revolving doors u l-isfidi fejn tidħol il-kompetizzjoni fl-EPSO.”
“Però, jiena, meta nara din in-naħa tal-kamra tattakka, illum, b'mod daqstant feroċi l-Green Deal meta lbieraħ kienu qegħdin jibku mal-Kummissjoni Ewropea, kif għamilna aħna wkoll, sabiex tingħata għajnuna wara l-kriżi klimatika illi wasslet għal devastazzjoni f'ħames Stati Membri fl-aħħar ġimgħat, hemmhekk turi l-ipokrisija tal-Lemin, u turi kemm huwa bżonn illi, fl-aħħar mill-aħħar, nibqgħu ninvestu f'ambjent aktar sostenibbli għalina, għal uliedna u għall-pajjiżi tagħna. 3-0049-0000”
“Sam Mario Draghi wspominał, że energia elektryczna i inne źródła energii w Europie są droższe mniej więcej o 2–3 razy w stosunku do Chin czy Stanów Zjednoczonych. Pytanie do was jako socjalistów, czy wy widzicie w ogóle jakiekolwiek możliwości w zakresie wycofania się, chociażby częściowego, z systemu ETS lub ETS2, tak aby i rodziny w Europie miały tańszą energię, ale i przedsiębiorstwa, które mogą lepiej konkurować z innymi państwami? 3-0048-0000 Alex Agius Saliba (S&D), tweġiba karta blu. – Sinjura President, ara, li jkollna bilanċ, fl-aħħar mill-aħħar, fejn tidħol ir-regolamentazzjoni, li ma nitfgħux piżijiet żejda fuq in-negozji tagħna, hija xi ħaġa illi aħna totalment m'aħniex kuntrarju għaliha.”
“Din hija diskriminazzjoni vera u proprja, illi hemm bżonn illi tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli permezz ta' aktar flessibilità fl-eleġibilità għaliex il-Maltin u l-Għawdxin suppost huma ċittadini Ewropej daqs kull Taljan, daqs kull Portugiż u daqs kull Spanjol. Il-Gvern Malti mill-ewwel iddikjara li ser ikun qed jagħti l-għajnuna tiegħu permezz ta' fondi nazzjonali. Però l-Unjoni Ewropea, jekk verament temmen fis-solidarjetà lejn kull Stat Membru, għandha tara wkoll illi ddaħħal idejha fil-but. Minbarra l-għajnuna li għandna bżonn permezz tal-European Solidarity Fund, għandna bżonn ukoll aktar fondi sabiex ngħinu lil żoni bħal Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Għar Lapsi li llum, minħabba t-tibdil fil-klima, qegħdin jispiċċaw jaffaċċjaw għargħar u ħsarat, u għalhekk hemm bżonn infrastruttura aktar moderna.”
“Sinjura President, wieħed mill-aktar setturi li jkollna konsumaturi illi jitkellmu magħna dwaru minħabba problemi li jkunu qegħdin jaffaċċjaw, jibqa' dejjem dak is-settur tat-telekomunikazzjoni. U allura, f'kull riforma illi mmexxu 'l quddiem, irridu naraw illi l-aktar element illi dejjem ipproteġa l-konsumaturi tagħna, li huwa dak tal-kompetizzjoni, jibqa' fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. U allura, huwa importanti li l-ebda regolament ġdid li nimbuttaw 'il quddiem, l-ebda riformi ġodda li mmexxu 'l quddiem, ma jnaqqsu din it-tip ta' kompetizzjoni, u anzi, iwasslu għal sitwazzjoni fejn ikollna regolaturi kbar illi jaħdmu f'suq Ewropew illi jkun aktar staġnat. Meta nitkellmu fuq kumpaniji differenti f'Malta, kulma għandna huma tliet kumpaniji ta' telekomunikazzjoni, tliet kumpaniji ta' telekomunikazzjoni li jaħdmu fl-iżgħar Stat Membru.”
“O pažiūrėkite dėl nusavintų lėšų, aktyvių rusiškų. Kokį sprendimą po dviejų metų debatų priimat? Ogi jokio, neatidavėt Ukrainai. Jūs tik plepat, ką Trampas sako, bet nieko nedarote. Matykite savo klaidas ir būkite ryžtingi. 3-0050-0000 Alex Agius Saliba (S&D), tweġiba karta blu. – Jiena nibqa' mbellah kif il-far-right u l-gruppi politiċi fuq din il-naħa tal-kamra jibqgħu, b'mod konsistenti, jiddefendu l-idolu tagħhom - l-idolu tagħhom illi huwa Trump - quddiem dawn l-attakki kollha fuq l-integrità Ewropea. Illum il-ġurnata mhux biss attakki fuq il-leġiżlazzjoni Ewropea, imma attakk dirett, b'mod dirett, fuq wieħed mill-Istati Membri tagħna u l-integrità territorjali tiegħu.”
“U allura huwa importanti li nkunu konsistenti: Konsistenti billi ninfurzaw il-leġiżlazzjoni tagħna; konsistenti fil-politika diplomatika tagħna; konsistenti billi nittrattaw kriżijiet fundamentali madwarna, bħall-kriżi f'Gaża, bħall-ġenoċidju f'Gaża; bl-istess mod kif nittrattaw numru ta' kriżijiet oħra madwarna: il-gwerra ta' aggressjoni fl-Ukrajna u kwistjonijiet ġeopolitiċi oħra. B'hekk, l-Unjoni Ewropea tkun tista' tibqa' taġixxi bħala leader globali illi taħdem favur il-paċi u l-istabilità madwarna. (Il-kelliem aċċetta li jwieġeb mistoqsija “karta blu”) 3-0049-0000 Petras Gražulis (ESN), pakėlus mėlynąją kortelę pateiktas klausimas. – Šios Europos Parlamento daugumos atstovas, ar jūs nematote savo klaidų, daromų Europos Sąjungoje? Kad ir gruodžio 18 d. buvo susirinkę Europos lyderiai. O ką jie nusprendė? Ogi nieko.”
“Irridu nwessgħu ċ-ċertifikazzjoni lil hinn mill-ICT, u nħarsu lejn l-elementi kollha li jistgħu jiġu affettwati fis-soċjetà diġitalizzata tagħna. L-ENISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Cybersecurity, għandha jkollha rwol ċentrali sabiex tpoġġi pjan ta' azzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Jeħtieġ li nħaffu l-proċess biex nistabbilixxu standards komuni dwar is-setturi relevanti kollha. It-theddid ibridu mhux se jistenna sakemm ikollna kollox inordni, u ċ-ċittadini u n-negozji tagħna jistennew li l-Unjoni Ewropea tgħinhom sabiex dejjem ikunu protetti. 2-0289-0000”
“At the same time, bot networks of fake profiles are given free space to influence our public debate, even in election periods. And while the problem grows, Meta's new policy since the start of the Trump administration is to drastically reduce content moderation, allowing more bad stuff on their platforms while undermining our democracies in the process. When do we stop? The limit of what we can take has long been reached, and we expect the Commission to act as soon as possible. 4-0056-0000”
“X has become a propaganda machine aimed at undermining our European community. A EUR 120 million fine is a start, but not enough to make Musk respect our digital acquis. Bolder action is needed to force him to comply. Other platforms are not much better: on Facebook and Instagram there are signs of shadow banning. If a news outlet or a politician publishes on the genocide in Gaza, their content is demoted and their reach diminished. Is it how things should work in a democracy that a company like Meta, a billionaire like Zuckerberg, decides what Europeans hear, what Europeans see online? Yesterday it was Gaza. This week it was the LGBTI pages that were removed. And tomorrow, what and who will be the next target of the algorithmic ban?”
“Mr President, nowadays, most of us get our news from social media – in Malta, around 80 % do so. And while healthy democracies rely on quality journalism for objective information, this is not how our platforms are working. Big tech made a business out of polarisation. Their algorithms give preference to interaction. – it's what keeps attention and sells more advertisement for them. We know this, and the Digital Services Act was made to tackle it. It is high time to enforce our rules and stop the toxic recommender systems that are making us addicted and pushing extreme content onto our citizens' timelines. Things have got worse with Elon Musk running X as a passion project, openly railing against the EU and supporting extreme right parties in election campaigns. This is no longer a neutral space for public debate.”
“Strateġija li fost l-oħrajn tmexxi 'l quddiem kwoti fuq il-postijiet tax-xogħol, kwoti effettivi, mekkaniżmi ta' sapport għal min iħaddem u aċċess ugwali fejn jidħol l-apprentistat. L-aċċessibilità għandha tkun garantita bħala dritt fundamentali, dritt fundamentali fejn jidħol it-trasport, aċċessibilità fis-servizzi diġitali, aċċessibilità fi prodotti essenzjali. Din għandha tkun it-triq 'il quddiem: strateġija ta' veru, strateġija li bil-fatti u mhux bil-kliem timplimenta drittijiet sħaħ għal persuni b'diżabilità. 3-0383-0000”
“Online addiction to social media is a real hazard to our young people – and to all of us, frankly. Platforms are designed to be addictive – this is their business model. If there is one legislator that can put an end to addictive design, it is the European Union. My expectations are high, but you can count on our support, where necessary with amendments on these acts, to make a better difference in the lives of our citizens. 2-0362-0000”
“Mr President, Europe should not compete at deregulation. Europe should not compete for the lowest price. We compete on quality. We should compete on fairness. Our rules make a fair internal market. When I look at your work plan, I am hopeful that we can make progress – meaningful legislation that makes a difference in the lives of our citizens. The quality jobs act should ensure that workers are protected against the strains that digitalisation is putting on them. We have to regulate the use of algorithmic management that monitors our workers, and we should introduce the right to disconnect. Limits and safeguards are needed to protect the mental health of workers, on and off duty. The announced digital fairness act can fill the gaps of digital consumer protection.”
“Ejja naraw illi l-Ewropa terġa' ssir bastjun għall-ġustizzja, il-paċi u l-ħarsien tad-drittijiet tal-ħajja u biex niksbu dan, irridu naraw li llum qabel għada aktar Stati Membri jirrikonoxxu lill-Istat Palestinjan. B'hekk biss ikollna soluzzjoni ta' żewġ Stati illi jistgħu jgħixu maġenb xulxin, f'paċi u f'armonija. 2-0062-0000”
“Sinjura President, Kummissarju, il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied milħuq riċentement m'għandux biss ikun kliem fieragħ, iżda jrid ikun it-tmiem tal-okkupazzjoni brutali u tal-implimentazzjoni tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati. L-Unjoni Ewropea mhijiex xi aġenzija umanitarja biss. L-Unjoni Ewropea għandha tilgħab rwol ferm u ferm aktar importanti sabiex fl-aħħar mill-aħħar niżguraw illi ma jiġix fis-seħħ protettorat kolonjali ieħor, imma niggarantixxu illi l-Palestina jkollhom is-setgħa li jiggvernaw lilhom infushom. Kwalunkwe arranġament futur irid jara u jqiegħed l-Awtorità Palestinjana fiċ-ċentru tal-governanza ta' Gaża. L-hekk imsejjaħ Ftehim Trump irid jiġi inkwadrat ukoll fil-viżjoni taż-żewġ Stati u implimentat b'konformità mas-sentenzi tal-qorti internazzjonali tal-ġustizzja.”
“Sur President, Maria, tifla ta' 9 snin, illi bħalissa tinsab rikoverata l-isptar f'Malta wara li l-ġimgħa li għaddiet pruvat tneħħi ħajjitha b'idejha. Tifla ta' 9 snin wara li esperjenzat numru ta' vidjos fuq pjattaformi soċjali relatati ma' self-harm. Dawk huma l-isfidi illi għandna quddiemna, aħna bħala Parlament Ewropew, bħala Kummissjoni Ewropea, sfidi sabiex, fl-aħħar mill-aħħar, naraw illi nkunu nistgħu nevitaw dawn it-traġedji. Is-suwiċidju huwa l-ikbar kawża ta' mewt fost iż-żgħażagħ, it-tfal Ewropej u allura huwa urġenti, aktar minn qatt qabel, li f'jiem bħal dawn, fejn għada ħa nkunu qegħdin niċċelebraw il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, naraw li mhux noqogħdu nparlaw u nagħmlu ħafna diskorsi biss.”
“In Europe, we are seeing workers being pushed to the limit by algorithmic system management. In this new reality, workers' rights need to be respected. While the digital divide is growing, social inclusion will depend on digital literacy for all workers. 3-0452-0000”
“Mr President, Commissioner, a lot has changed in the 30 years since the first World Summit for Social Development. Millions of people were lifted out of poverty, but still, it is far from being eradicated. Even within the EU, we can see what the cost of living crisis did to the most vulnerable people within our society. If anything, inequality seems on the rise and the arrival of a class of ultra‑rich tech billionaires is continuing to complicate things further. Reducing poverty and inequality should be our priority, from the local to the global level. The best way to social inclusion is to provide people with a quality job that has good working conditions. This goes beyond decent pay. In times of digitalisation, we see new forms of exploitation of workers.”
“Could you enlighten us and also the Commission with your approach in this quest for a tech ecosystem and AI development in line with our democratic values and the roles of the AI Act and GDPR? 2-0102-0000 Catch-the-eye procedure 2-0103-0000”
“Madam President, Prime Minister, allow me to ask you about your government's AI strategy to achieve digital sovereignty by 2030. Soon, we will be halfway through the evaluation of Europe's digital decade and unfortunately, we are not meeting our targets. We need to learn fast because the digital transition is not waiting and we need to catch up. The fact is that Europe has become overly dependent on foreign technological infrastructure, provided mainly by big US tech corporations. One of those, Amazon, is based in your country and by now, is the biggest employer in Luxembourg. It makes me wonder how you deliver on sovereign cloud solutions and other infrastructural aspects that underpin your AI supercomputer ecosystem. What is the interaction between Amazon Web Services and the sovereign technological stack that you are aiming for?”
“Imma wkoll fejn tidħol l-availability ta' dawn il-prodotti għall-pazjenti tagħna, l-aktar persuni vulnerabbli u allura huwa importanti illi nkomplu nsaħħu s-suq uniku Ewropew, naraw li jkun hemm level playing field fejn tidħol, fejn jidħlu l-prezzijiet. Imma naraw illi nespandu wkoll is-suq uniku Ewropew għal prodotti mediċinali sabiex nagħtu l-aqwa servizz għall-pazjenti tagħna. 2-0019-0000”
“Però rridu, fl-aħħar mill-aħħar, naraw illi s-suq uniku Ewropew jaħdem b'mod ġust, b'mod ekwu għal kulħadd, inkluż Stati Membri żgħar bħal Malta, bħal Ċipru, bħal-Lussemburgu, fejn f'pajjiżi, pereżempju, meta tikkumpara numru ta' prezzijiet tal-prodotti essenzjali bejn Malta u Stati Membri oħrajn, tara differenzi kbar. Għandna bżonn illi nestendu s-suq komuni wkoll għall-prodotti mediċinali. Mill-ġdid, Stati Membri żgħar bħal Malta qegħdin jaraw problemi kbar fejn tidħol reġistrazzjoni ta' mediċinali f'kull Stat Membru u allura differenza u varjazzjoni sew fejn jidħlu l-prezzijiet tal-mediċinali fuq bażi Ewropea.”
“Madam President, fi żmien fejn il-protezzjoniżmu qed ikompli jiżdied madwarna u qegħdin naraw l-effetti tal-protezzjoniżmu u l-valur fis-suq illi, fl-aħħar mill-aħħar, l-Istati Uniti qegħdin imexxu 'l quddiem, naħseb illi għandu jiftħilna għajnejna, iwassalna sabiex napprezzaw aktar il-valur tas-suq uniku Ewropew. Suq mingħajr dazji bejn Stat Membru u ieħor. Suq illi, fl-aħħar mill-aħħar, jirregola wkoll il-kwalità tal-prodotti li nixtru u nikkunsmaw, l-istandards ta' dawn il-prodotti. U fi Stati Membri żgħar bħal pajjiżi, bħal Malta, dan il-valur napprezzawh ferm u ferm aktar hekk kif niddependu wkoll minn ħafna importazzjoni.”
“L-Ewropa trid issir aktar reżiljenti u tinvesti fl-infrastruttura pubblika diġitali tagħha. Ninsabu dipendenti tmenin fil-mija fuq teknoloġiji barranin. Għandha tkun prijorità tagħna li tniżżlu din iċ-ċifra 'l isfel sal-2030, ċjoè fi tmiem id-deċennju diġitali. Għandna bżonn ir-right to disconnect, strateġija ta' housing affordabbli ambizzjuża u aktar għajnuna soċjali għaċ-ċittadini tagħna mill-aktar fis possibbli. 3-0056-0000”
“L-aħħar ħaġa li nixtiequ hija li ndgħajfu r-regolamenti diġitali tagħna, bħall-Att dwar is-Swieq Diġitali sabiex nogħġbu lill-Amerikani. M'għandniex nibqgħu naqgħu f'din in-nasba. Jekk iridu jagħmlu n-negozju fis-suq tagħna, suq ta' ħames mitt miljun konsumatur, iridu joqogħdu għar-regoli tagħna. Il-mixja tagħna lejn it- trasformazzjoni diġitali msejsa fuq il-valuri mhux għodda ta' skambju f'dawn in-negozjati. Jekk Apple, Google, Meta u X ma jirrispettawx il-liġi, għandhom jiġu mmultati. Nistennew li l-Kummissjoni ma żżommx lura milli tinforza r-regoli diġitali tagħna. 3-0282-0000”
“Sitta u erbgħin fil-mija taċ-ċittadini Ewropej, fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, ikkonfermaw illi qegħdin jaffaċċjaw problemi ta' saħħa mentali u allura huwa urġenti aktar minn qatt qabel li l-Kummissjoni Ewropea – u għalhekk irridu nagħtu s-sapport tagħna kollu lill-Kummissjoni Ewropea – hemm bżonn li tilleġiżla illum qabel għada d-dritt, fost l-oħrajn, tar-right to disconnect, sabiex fl-aħħar mill-aħħar naraw illi din l-iskonnessjoni li hija tant u tant importanti, hija tant u tant importanti sabiex fl-aħħar mill-aħħar, id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema tagħna għall-massimu tal-ħin tax-xogħol, il-minimu tal-ħin tal-mistrieħ li għandhom igawdu huma mal-familji tagħhom, mal-maħbubin tagħhom, jitgawda fid-dinja li llum il-ġurnata d-dinja tax-xogħol inbidlet, u allura min-naħa tagħna messaġġ wieħed lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea: ser issib is-sapport kollu totali tagħna wara d-diskussjonijiet kollha li saru mal-imsieħba soċjali, wara li dan il-Parlament Ewropew diġà approva l-leġiżlazzjoni tar-right to disconnect, sabiex dan id-dritt isir realtà għall-ħaddiema Ewropej kollha.”
“U hawnhekk qiegħed nirreferi wkoll għall-ħsieb, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex il-konsumaturi – u jiena ngħid l-aktar konsumaturi vulnerabbli, dawk il-konsumaturi li jifilħu l-inqas, li jagħżlu li jixtru online minn barra mill-Unjoni Ewropea – jispiċċaw jitgħabbew b'piżijiet addizzjonali. Il-piżijiet addizzjonali mhumiex is-soluzzjoni. Is-soluzzjoni hija li distributuri, produtturi barra mill-Unjoni Ewropea, li qegħdin jużaw il-pjattaformi sabiex jittargitjaw b'mod dirett lill-konsumaturi Ewropej, ipoġġu għall-istess regolamenti li huma applikabbli għall-produtturi, għad-distributuri Ewropej.”
“Sur President, Viċi President tal-Kummissjoni, Huwa importanti għalina li dejjem, meta nitkellmu fuq is-Suq Uniku Ewropew, inżommu f'moħħna l-ewwel u qabel kollox l-interessi tal-konsumaturi Ewropej, u għalhekk aħna bħala grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, dejjem imbuttajna 'l quddiem l-idea, speċjalment waqt id-diskussjonijiet dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali Ewropej, li jkollna level playing field: dak li huwa illegali fuq bażi offline għandu wkoll ikun illegali fuq bażi online. Imma li jkollna level playing field fir-regolamenti Ewropej ma niksbuhx billi ngħabbu b'aktar piżijiet lill-konsumaturi tagħna, lill-konsumaturi l-aktar vulnerabbli tagħna.”
“U allura huwa importanti li naraw li jkollna aktar flessibilità fejn jidħlu r-regolamenti tas-suq uniku Ewropew sabiex jaraw illi Stati Membri żgħar u gżejjer ikunu fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, id-dritt tal-moviment u l-libertà tal-moviment għall-prodotti u s-servizzi, kif fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw pajjiżi ferm ikbar minna. Imma fl-aħħar mill-aħħar ukoll huwa essenzjali li naraw illi jkollna regoli aktar stretti fejn jidħol ukoll l-importazzjoni tal-prodotti barra mill-Unjoni Ewropea. F'suq fejn qed imur aktar fuq bażi online milli fil-ħwienet tradizzjonali huwa importanti li naraw illi jkollna l-istess tip ta' regoli u l-istess tip ta' drittijiet għall-konsumaturi li jixtru fuq bażi online u dawk illi jixtru fuq bażi offline.”
“Sur President, Is-suq uniku Ewropew jibqa' wieħed mill-aktar elementi importanti fil-proġett Ewropew għaċ-ċittadini tagħna. Però huwa importanti li dan is-suq jibqa' jevolvi, ir-regoli tiegħu jibqgħu jevolvu, sabiex fl-aħħar mill-aħħar naraw illi r-realtajiet tal-iktar Stati Membri li jinsabu fil-fruntiera, il-gżejjer, dawn l-istess regoli jkunu qegħdin jaħdmu favur tagħhom ukoll. U hawnhekk nixtieq nitkellem ukoll fuq realtajiet partikolari differenti li Stati Membri żgħar bħal Malta qegħdin jaffaċċjaw, b'mod speċjali minħabba żidiet fil-prezzijiet, inflazzjoni tal-aktar prodotti essenzjali f'dan is-suq komuni.”
“Mr President, can I make a point of order because some misconceptions were repeated by our colleague here? Kif diġà sostnejna fl-2022, l-applikanti mill-Belarussja u mir-Russja twaqqfu kemm l-applikazzjonijiet pendenti kif ukoll l-applikazzjonijiet ... (Il-President irtira l-kelma lill-kelliem) 3-0392-0000”
“Il-poplu Palestinjan diġà sofra għal għexieren ta' snin. Ma nistgħux inkunu siekta quddiem dan il-ġenoċidju. Dan huwa test morali għalina u għall-valuri illi nħaddnu. L-Unjoni Ewropea trid tieħu azzjoni issa f'ġieħ il-ġustizzja, it-tħaddim tal-liġi internazzjonali u fuq kollox l-umanità. 2-0036-0000”
“Sinjura President, illum il-kriżi umanitarja f'Gaża hija waħda katastrofika. Rajna, sa dawn l-aħħar sigħat, qabar tal-massa illi kien jinkludi ħmistax-il ħaddiem umanitarju kollha maqtula mir-reġim Iżraeljan. Din mhijiex sempliċiment traġedja, imma huwa ksur rampanti tal-liġi internazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali għamlitha ċara li kull Stat madwar id-dinja għandu jintervjeni sabiex iwaqqaf il-ġenoċidju u jiżgura responsabilità għad-delitti tal-gwerra. U għaldaqstant, illum hija okkażjoni fejn għandna l-Kummissjoni, il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kunsill illi nappellalhom sabiex tittieħed azzjoni mill-aktar urġenti sabiex l-ewwel u qabel kollox jitwaqqaf il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael, nimponu s-sanzjonijiet u nappoġġjaw il-pjan ta' rikostruzzjoni f'Gaża.”
“Grazzi Sur President, X'inhuma l-vera fatturi li jagħmlu l-ekonomija Ewropea aktar kompetittiva? Huwa l-fatt li aħna l-irħas kontinent? Le, l-Ewropa hija mibnija fuq prodotti ta' kwalità, maħduma minn ħaddiema kwalifikati li jaħdmu fl-aqwa kundizzjonijiet. Nistgħu nħarsu lejn it-tnaqqis tal-burokrazija, it-tnaqqis tar-red tape sabiex innaqqsu numru ta' piżijiet minn fuq il-kumpaniji. Mhijiex xi ħaġa ħażina, imma li mmorru f'direzzjoni fejn innaqqsu u nreġġgħu lura l-istandards tagħna sabiex nissalvagwardjaw il-kompetittività, hemmhekk inkunu qegħdin nidħku bina nfusna. L-ewwel nett, għaliex mhux veru li r-regolamenti jagħmlu lill-Ewropa anqas kompetittiva. L-industrija tagħna teħtieġ li jkollna governanza affidabbli u anki regolamenti ċari.”
“Jumejn ilu rajna l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Virkkunen, tgħidilna li għandha tneħħi r-red tape minn fuq leġiżlazzjoni li dan il-Parlament għadu kemm approva fil-leġiżlatura li għaddiet. L-AI Act, id-DSA, id-DMA: dak huwa kif il-Kummissjoni Ewropea ser tkun qegħda tipproteġi l-leġiżlazzjoni diġitali tagħna u leġiżlazzjoni oħra: Ir-Right to disconnect, il-mudell soċjali Ewropew li totalment jinsab nieqes minn dan il-pjan. Smajna r-right to disconnect jiġi approvat f'dan il-Parlament, madwar erba' snin ilu. Rajnieh introdott fiċ-Charter tad-drittijiet diġitali preżentat mill-Kummissjoni Ewropea, rajnieh ukoll jiffiċerja fl-Istate of the Union, fl-ittra li ingħatat lil min żaru, però, għal darb'oħra jinsab totalment nieqes. Dan juri li l-Kummissjoni Ewropea tinsab disconnected b'mod totali miċ-ċittadini tagħna. 3-0067-0000”
“Madam President, first of all, I would like to speak about the disrespect shown today in front of this House when we were treated – and it was stated clearly by the Commission – as not 'high-level' enough. And I ask the Commission, what is 'high-level' enough for the President of the Commission? Illum nixtieq nitkellem rigward l-ambizzjoni li għandna bżonn bħala Kummissjoni Ewropea u anki bħala Parlament Ewropew. Ambizzjoni li totalment qed inħossha nieqsa minn dan il-programm li għadu kemm ġie ppreżentat quddiemna. L-ewwel nett, inizjattivi importanti li ntefgħu totalment fil-ġenb u ma jidhru totalment imkien f'dan il-pjan. L-ewwelnett, xahar ilu konna hawnhekk f'din il plenarja nitkellmu fuq l-importanza li jkollna protezzjoni għal-leġiżlazzjoni diġitali fuq livell Ewropew. X'kien ir-riżultat?”
“We would be making a fool of ourselves if, after spending the last five years creating a digital acquis, we did not even sovereignly enforce the common European rules when the first difficulties arose. Investigations have been launched into X and other platforms, but none have been concluded. We have penalties, up to 6 % of the global revenue, but to be credible, these should be applied more swiftly. The announced Commission's European Democracy Shield looks ridiculous if they didn't apply existing European rules. Besides defending fact‑checking, we should also invest in fact‑telling. We cannot rely on US tech oligarchs to provide us with platforms for trustworthy information. We need to invest in alternative digital infrastructure in Europe, a Eurostack with an EU‑made and democracy‑proof alternative for social networking platforms.”
“Madam President, when we saw Musk walking into the Twitter office with a sink two years ago, did we expect things to escalate so quickly? It is sinking in that tech billionaires going rogue pose an existential threat to democracy in Europe. Meta's Zuckerberg has joined in and urged the newly inaugurated Trump to force the EU to roll back European rules. We cannot accept these provocations and interferences with democratic processes when Musk uses X to support the far‑right AfD and algorithms are tweaked to spread disinformation in the process. The silence from the European Commission and the lack of appropriate reaction have been deafening. In this game with bullies from the other side of the Atlantic, we must show strength and determination.”