David Casa
Member of the European Parliament · PPE · MT
“(Il-kelliem aċċetta li jwieġeb mistoqsija “karta blu”) 3-0519-0000 Victor Negrescu (S&D), blue-card question. – Dear colleague, first of all, again, Malta is losing money because of the illegal platforms. This is the first element. And what is your opinion on this point?”
“– Mela, kif kont qed ngħid, din il-proposta Soċjalista tagħmel ħsara kbira lil Malta. Din il-proposta Soċjalista tagħmel dan il-qasam illegali. Din il-proposta Soċjalista, iva, tibgħat kumpaniji li jaħdmu b'mod legali, tibgħathom jaħdmu minn pajjiżi terzi tal-Unjoni Ewropea.”
“U allura nkunu aħna l-Maltin l-aktar li nsofru minn din il-prattika u politika żbaljata illi twarrab in-negozju mill-Unjoni Ewropea. Ejjew ma naħlux ħin. L-own resources jirrikjedu l-unanimità. U għalina din il-proposta hija non-starter.”
“If you do that, then you support also European responsibility. 3-0522-0000 David Casa (PPE), reazzjoni "karta blu". – Jiena fi proposti li kellek fil-passat qbilt ħafna. Però, mhux dejjem naqbel miegħek. Jiddispjaċini ngħidlek li għadek ma fhimtx l-importanza ta' dan is-settur.”
“Sin embargo, estamos viendo cómo una parte muy importante de este Parlamento Europeo sigue haciendo negacionismo del cambio climático y lo considera una ideología. Nosotros estamos pidiendo ayudas para las infraestructuras, para hacer frente a todos los daños y para el campo.”
“¿Cómo puede hacer usted para convencer a sus compañeros de partido y al resto del arco de la derecha para que reconozca que el negacionismo tiene costes y efectos también devastadores en los territorios del sur de Europa? 2-0051-0000 David Casa (PPE), tweġiba karta blu.”
The complete record
Every one of 14 lines we hold for David Casa, in date order, each linked to its source. Free to read, in full, without an account.
“If you do that, then you support also European responsibility. 3-0522-0000 David Casa (PPE), reazzjoni "karta blu". – Jiena fi proposti li kellek fil-passat qbilt ħafna. Però, mhux dejjem naqbel miegħek. Jiddispjaċini ngħidlek li għadek ma fhimtx l-importanza ta' dan is-settur. Jien tkellimt mas-suq Malti, ma' dan is-settur Malti u qaluli li din hija ġennata. Din hija ġennata. Issa inti forsi ma tifhimx f'dan is-settur għax pajjiżek m'għandux dan is-suq importanti għalih. Għalina, huwa importanti, u ma ħa nħallu lil ħadd, lil ħadd, jiddettalna xi ħaġa li hija kompetenza ta' Malta. Malta se tiddeċiedi dan is-suq, u ebda ħadd li ġej mill-Partit Soċjalista. 3-0523-0000”
“– Mela, kif kont qed ngħid, din il-proposta Soċjalista tagħmel ħsara kbira lil Malta. Din il-proposta Soċjalista tagħmel dan il-qasam illegali. Din il-proposta Soċjalista, iva, tibgħat kumpaniji li jaħdmu b'mod legali, tibgħathom jaħdmu minn pajjiżi terzi tal-Unjoni Ewropea. Allura din il-proposta Soċjalista hija ħażina, u allura, din għandha tkun kompetenza nazzjonali u m'għandna bżonn ebda proposti Soċjalisti li jagħmlu ħsara lis-suq Ewropew. 3-0521-0000 Victor Negrescu (S&D), blue-card reaction. – To be clear, no one wants to have an impact on the companies in Malta. But companies present in Malta make their revenues on the Romanian market, on the German market, on the French market. So the single market is important. Do you support the single market for the betting industry?”
“(Il-kelliem aċċetta li jwieġeb mistoqsija “karta blu”) 3-0519-0000 Victor Negrescu (S&D), blue-card question. – Dear colleague, first of all, again, Malta is losing money because of the illegal platforms. This is the first element. And what is your opinion on this point? The second element, which I think is relevant: Malta will remain competitive because we are not affecting the national regulations. Not at all. It's not about national regulations. And third and not least – and which I think is crucial – is that this initiative was co-signed by EPP members as well as Renew members, Greens members, from all political sides, and it was voted because it is included in the MFF report approved by this House. So it's a common initiative of the Parliament. 3-0520-0000 David Casa (PPE), tweġiba karta blu.”
“U allura nkunu aħna l-Maltin l-aktar li nsofru minn din il-prattika u politika żbaljata illi twarrab in-negozju mill-Unjoni Ewropea. Ejjew ma naħlux ħin. L-own resources jirrikjedu l-unanimità. U għalina din il-proposta hija non-starter. Ma nistax nitkellem naturalment għad-determinazzjoni tal-gvern preżenti, ġaladarba din l-idea hija mmexxija mis-Soċjalisti. Imma ħa nkun ċar magħkom: gvern prospettiv Nazzjonalista din l-idea se jkun lest iwaqqafha, anke jekk ikun hemm bżonn permezz tal-veto, mingħajr ebda tlaqliq. Allura ejja nagħmlu pjaċir lilna nfusna u nittrattaw dan is-suġġett bħala suġġett li għandhom kompetenza biss l-Istati Membri. Aħna ma għandniex kompetenza li nbiddlu dan u jekk ma nifhmux dan l-argument għadna ma nkunu fhimna xejn.”
“¿Cómo puede hacer usted para convencer a sus compañeros de partido y al resto del arco de la derecha para que reconozca que el negacionismo tiene costes y efectos también devastadores en los territorios del sur de Europa? 2-0051-0000 David Casa (PPE), tweġiba karta blu. – Hemm bżonn illi nieħdu miżuri, iva, li naturalment jilqgħu għat-tibdil fil-klima, però mingħajr ma nagħmlu ħsara żejda lill-ħaddiema, lill-pensjonanti, lill-anzjani u lil dawk li ma jifilħux jidħlu magħna biex jilqgħu għal dawk il-miżuri illi aħna nieħdu. Semmejt il-Partit Popolari Ewropew. Ma kontx hawn naħseb fil-leġiżlatura li għaddiet. Jiena onorat li flimkien ma' kollega tiegħi oħra mill-Partit Popolari Ewropew, Esther de Lange, kont responsabbli minn dak li jissejjaħ is-Social Climate Fund.”
“Sin embargo, estamos viendo cómo una parte muy importante de este Parlamento Europeo sigue haciendo negacionismo del cambio climático y lo considera una ideología. Nosotros estamos pidiendo ayudas para las infraestructuras, para hacer frente a todos los daños y para el campo. Sin embargo, no vemos en el arco parlamentario de la derecha que haya muchos compañeros pidiendo esto. A mí me gustaría que usted me diera la opinión, porque parte de su grupo político, el Grupo PPE, pero también la extrema derecha —en mi país lo veo con parte del Partido Popular y con Vox—, mucho hablan en contra de esa ideología que es, para ellos, el cambio climático y, sin embargo, tampoco están aquí ahora pidiendo ayudas para el campo, por ejemplo, que en mi país está sufriendo gravísimo daño.”
“Sinjura President, miljuni ta' persuni b'diżabilità fl-Ewropa qegħdin jitħallew barra. Meta persuna b'diżabilità ma ssibx l-appoġġ meħtieġ, ma tmurx minn taħt hi biss, imma nitilfu aħna lkoll, il- pajjiż, is-soċjetà u l-ekonomija tagħna, għaliex kulħadd għandu x'joffri. U dan il-Parlament diġà qiegħed fuq in-naħa t-tajba. Meta wassalna l-European Disability Card, bdejna nżarmaw ċerti ostakoli. Iżda għad fadal ħafna xi jsir biex intejbu, pereżempju, l-aċċess għax-xogħol, biex noffru servizzi illi jaħdmu, edukazzjoni illi tilqa' 'l kulħadd u teknoloġija illi tiftaħ il-bibien u mhux tagħlaqhom. Persuni b'diżabilità ma jridux ħniena jew pjaċiri. Iridu ġustizzja biex jgħixu huma wkoll b'dinjità. Allura nħeġġiġkom biex tingħaqdu magħna u tappoġġjaw din l-istrateġija taħt it-tmexxija tar-rapporteur tagħna.”
“L-agħar periklu huwa l-impunità għall-kriminali, il-għaliex dan ikun meta l-ġurnalist ikun l-aktar vulnerabbli, meta ma jkunx hemm konsegwenzi għall-ħażen li jesponi, meta jitħalla waħdu. U allura nappella lill-gvernijiet kollha biex jipproteġu lill-ġurnalisti. Aċċertaw li jkun hemm azzjoni konkreta mill-awtoritajiet għall-istejjer tagħhom, għaliex id-demokrazija tiddependi tant fuq xogħolkom. Iva, għażiż Sigfrido Ranucci, dan il-Parlament jinsab warajk. Il-ġurnalisti kollha, dan il-Parlament jinsab warajkom, issa u fil-futur u għal dejjem. 2-0423-0000”
“Sur President, meta toqtol ġurnalist b'karozza bomba, il-vittma mhijiex biss il-ġurnalist imma wkoll id-demokrazija. Dakinhar li konna qegħdin infakkru t-tmien snin mill-anniversarju brutali ta' Daphne Caruana Galizia, tasal aħbar ta' splużjoni oħra, u mhuwiex b'kumbinazzjoni li l-kriminali li wettqu l-attentat fuq Sigfrido Ranucci, għażlu dik id-data partikolari. Kollegi, m'għandix dubju illi dan huwa messaġġ immirat biex ibeżża' u biex isikket. Imma ma nistgħux inħalluhom ibeżżgħuna. Ma nistgħux inħalluhom isikktuna. Dan il-Parlament kien u għadu fuq quddiem nett fil-ġlieda tagħna għal-libertà tal-istampa. Dak li ġara f'Ruma huwa tifkira tat-theddid attwali, theddid illi affaċċjawh il-ġurnalisti llum.”
“Sur President, kelli diskors preparat però se nbiddlu. Nixtieq nifhem ir-raġuni vera għalfejn il-Partit Soċjalista Ewropew dejjem jiddefendi politiċi korrotti. Hekk għamiltu fuq Joseph Muscat. Illum tistħu. L-ex Prim Ministru Malti, wieħed mill-iktar politiċi korrotti fid-dinja. Illum tistħu. Għaliex? Għaliex Joseph Muscat ukoll kien ġie jgħidilna sorry. Kien qalilna sorry, imma l-poplu Malti ħareġ jipprotesta fit-toroq u l-poplu Malti sfurzah barra u llum Joseph Muscat m'għadux il-Prim Ministru ta' Malta. Il-Prim Ministru Sanchez għandu jagħmel l-istess. Il-korruzzjoni hija ħażina, hija serq mill-poplu tagħkom, hija serq anke mill-poplu Spanjol.”
“Hemm bżonn, iva, li nissospendu b'mod immedjat l-Association Agreement, għandna nirrikonoxxu l-Palestina, għandna nagħmlu sanzjonijiet kontra l-politiċi li huma responsabbli għal delitti tal-gwerra bla rażan, u għandna naraw li dawk responsabbli jħallsu ta' għemilhom quddiem qorti kriminali internazzjonali. 2-0569-0000”
“Sinjura President. Iva, għandna sitwazzjoni umanitarja li qiegħda tiggrava f'kull sekonda li tgħaddi fil-Lvant Nofsani. L-attakk tal-Ħamas, naturalment, tas-7 ta' Ottubru, nikkundannah u iva, għandhom jinħelsu l-ostaġġi kollha immedjatament. Naqbel ukoll li Ħamas għandha tiġi megħluba, imma l-Ħamas mhumiex il-ġurnalisti, Ħamas mhumiex it-tobba, mhumiex in-nisa u l-irġiel Palestinjani innoċenti. Il-Ħamas mhumiex it-tfal u l-Ħamas mhumiex it-trabi u lanqas huma dawk li qed jipprovdu għajnuna umanitarja. Il-gvern tal-Prim Ministru Netanyahu qabeż kull limitu ta' diċenza u allura naqbel jiena wkoll li l-Association Agreement għandu jiġi sospiż. Imma nappella wkoll lill-Istati Membri kollha, speċjalment lil Malta li huwa pajjiżi: Hemm bżonn nirrikonoxxu l-Istat Palestinjan bla aktar dewmien.”
“Sistema aktarx maħkuma, li fil-każ ta’ Malta, din hija ċara ħafna. Din is-sistema għadha mhix qed tiġi indirizzata u l-elettorat tagħna qiegħed jistenna azzjoni mill-Kummissjoni biex tinforza l-obbligi tal-Istati Membri skont it-trattati. Is-saltna tad-dritt hija fundamentali, u wasal iż-żmien li tibda tingħata l-prijorità meħtieġa bl-għodda kollha li għandha l-Kummissjoni. Kummissarju, semmejt il-kuraġġ ta' Jan, ta' Daphne u ta' Martina. Hemm bżonn li issa l-Kummissjoni jkollha kuraġġ, tiddefendi n-nies u mhux iktar lill-gvernijiet korrotti. 3-0451-0000”
“President, Jan Kuciak u Martina nqatlu għax kien qed jinvestiga l-verità. Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata għall-istess raġuni. Fiż-żewġ każijiet, il-ġustizzja ġiet imminata. Ftit tal-jiem ilu biss, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie liberat, ġie liberat li huwa fatt xokkanti għall-familja tal-vittma u għall-pubbliku b’mod ġenerali. Aktar agħar minn hekk, min qed jgħid il-verità f'pajjiżi qiegħed jitħalla waħdu, mhux biss mingħajr il-protezzjoni tal-Istat, imma saħansitra bil-makkinarju tal-gvern kollu kontrih. Il-qtil ta’ ġurnalist juri falliment fis-sistema tal-ġustizzja. Falliment li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tibqa' tinjora. Għandha tifhem dan: li meta hemm min jemmen li jista’ joqtol ġurnalist b’impunità, tfisser li l-kriminali jafdaw f’sistema korrotta li tiggarantixxi l-impunità tagħhom.”